L-ekonomija trid tikber realment għall-poplu Malti u Għawdxi u mhux biss bin-numri fuq il-karta.
Robert Abela u l-Partit Laburista huma l-uniċi f’Malta li jemmnu l-gideb tagħhom stess, li l-ħajja qed tonqos, għax jgħixu ħajja maqtugħa mir-realtajiet tal-kumplament tal-poplu.
In-nies jafu x’inhi l-verità u jafu li l-iskema li għamel il-Gvern mhi ssolvi l-ebda problema.
Għall-kuntrarju, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li jassigura li l-problemi tan-nies, inkluż il-kriżi tal-għoli tal-ħajja, ikunu indirizzati billi, fost oħrajn:
- Titneħħa t-taxxa minn fuq iż-żieda tal-COLA;
- Jingħataw ‘tax credits’ lil min iħaddem biex jagħmlu tajjeb għaż-żidiet riżultat tal-COLA;
- Jinħoloq Fond Nazzjonali biex nappoġġjaw lill-industrija li timporta jew tesporta biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż;
- Jinħoloq mudell ekonomiku ġdid b’setturi ġodda, li jimmiraw għal xogħlijiet ta’ kwalità u li jħallsu aktar lill-ħaddiema tagħna.