Skont bosta rapporti fuq il-midja soċjali, il-kowċ Taljan Massimiliano Allegri mistenni jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Juventus fl-aħħar tal-istaġun.
Din l-aħbar tasal wara r-rebħa tal-Coppa Italia l-Erbgħa li għadda kontra Atalanta, l-ewwel Tazza għal Juventus f’tlett snin.
Din hija t-tieni avventura ta’ Allegri ma’ Juventus hekk kif diġa kien f’din il-kariga mill-2014 sal-2019, fejn f’dak il-perjodu rebaħ 5 Serie A infila, 4 Coppa Italia, Żewġ Supercoppa Italiana, u wasal sal-finali tal-UEFA Champions League fuq żewġ okkażjonijiet.
Fit-tieni avventura tiegħu ma’ Juventus li bdiet fl-2021, fejn Allegri rebaħ biss Coppa Italia waħda.
Il-kowċ attwali ta’ Bologna Thiago Motta huwa mistenni li jieħu postu wara li ggwida lil Bologna f’post mal-ewwel 5 biex se jilagħbu fil-UEFA Champions League staġun ieħor.
//= $special ?>