Lokali

NIŻVELAW: L-MUT b’laqgħat urġenti mal-Gvern

Net News jista’ jikkonferma li dalgħodu għaddejjin taħditiet urġenti bejn l-MUT u l-Gvern wara li n-negozjati bejn iż-żewġ partijiet sfaxxaw. Rapporti qed jindikaw li l-għalliema jinsabu fix-xifer lejn azzjonijiet oħrajn – dan wara xhur sħaħ ta’ tkaxkir tas-saqajn min-naħa tal-Gvern, u wara li l-union uriet koperazzjoni sħiħa.

Preżentament, hemm diversi collective agreements li għadhom pendenti.

Meta Marco Bonnici kien mistieden waqt il-programm NETLIVE ftit tal-jiem ilu, kien esprima determinazzjoni li jintlaħaq qbil qabel l-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju; iżda sa issa ma kien hemm ebda żvolta fil-pożittiv.

L-akbar ftehim kollettiv jirrigwardja l-għalliema tal-iskejjel; ftehim li issa ilu żmien twil illi skada.