Numru ta’ tiri nstemgħu jiġu sparati għall-ħabta tas-2 ta’ filgħodu, fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li numru ta’ tiri ġew sparati lejn bieb ta’ showroom tal-karozzi. Hekk kif NetNews huwa infurmat li numru ta’ Pulizija, inkluż tal-Forensika jinsabu fil-post sabiex jistabbilixxu ċ-ċirkustanzi tal-każ.
Jidher li fil-ħin tal-isparaturi kien hemm karozza tal-għamla Range Rover fix-showroom – karozza li issa qegħda fil-pussess tal-pulizija.
Kelliem għall-Pulizija stqarr ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet li ma’ weġġa’ ħadd f’dan il-każ li kien irrappurtat għall-ħabta tas-6 ta’ filgħodu.
Rapporti qed jindikaw li din ix-showroom kienet qed tiġi mikrija, b’dawk li qed jikru dan il-post jistqarru li ma jafux għalxiex jista’ jkun kien fil-mira ta’ dawn l-isparaturi.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>