Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqabad bejn żewġ trailers f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 30 sena sofra ġrieħi serji wara li nqabad bejn żewġ trailers f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-14:30, fi Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, meta għal xi raġuni l-vittma, raġel ta’ 30 sena minn Bormla, spiċċa maqbud bejn żewġ trailers.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard
huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.