Sport

Rekord ġdid tat-tellieqa  bejn Malta u  Marzamemi fl-International Yacht Paints Marzamemi Race

Il-jott ta’ Sean Borg, Jubatus
Ir-rekord preċedenti kien ilu stabbilit mill-2009

Jubatus, il-jott ta’ Sean Borg, niżżel ismu fl-istorja tal-ibburdjar waqt l-International Yacht Paint Marzamemi Weekend meta kissru r-rekord tat-tellieqa minn Malta għal Marzamemi. 

Ir-rekord il-ġdid issa huwa ta’ 5 sigħat, 48 minuta u 54 sekonda. Ir-rekord preċedenti kien stabbilit minn Strait Dealer fl-2009 u kien ta’ 6 sigħat 10 minuti 17-il sekonda.

Ir-Royal Malta Yacht Club reċentement laqa’ flotta b’saħħitha u varjata ta’ dgħajjes tat-tlielaq u cruising li telqu mill-Port ta’ Marsamxett għal korsa ta’ 60 mil nawtiku lejn Marzamemi. L-akbar jott ikun Barong D,  Jott Wally ta’ 110 pied misjuq minn Andre Rossignaud, u bl-iżgħar jott ikun Pep, J92 ta’  Mark Camilleri. 

L-Uffiċjal tat-Tlielaq Jonathan Sammut qasam il-flotta f’żewġ Klassijiet. L-IRC Racers u l-IRC Cruisers kienu l-ewwel li tellqu, bil-flotta tal-RMYC Cruisers isegwuhom ħames minuti wara.

It-tiġrija bdiet b’riħ ta’ forza 5 u nefħa moderata mill-majjistral iżda r-riħ beda jiżdied kif beda joqrob lejn Sqallija. Inizjalment il-veloċitajiet tar-riħ kienu jvarjaw minn 15-il mil nawtiku fis-siegħa iżda hekk kif l-ewwel dgħajjes bdew jaslu għal Capo Passero ir-riħ beda jolqot buffuri ta’ 30 mil nawtiku fis-siegħa. 

“Filwaqt li l-bidu kien hemm kundizzjoni perfetti, l-aħħar siegħa qabel ma wasalna Capo Passerso ir-riħ kien qed jolqot buffuri qawwija li huma kundizzjonijiet perfetti għal Jubatus, madankollu l-aħħar parti lejn it-tmiem kienet iebsa u għamlitha diffiċli ħafna għall-ekwipaġġ biex jikkontrolla d-dgħajsa. Minkejja dan, ninsabu sodisfatti u kburin li ksibna rekord li kien ilu ma jinkiser għal tant snin, ” stqarr Sean Borg, skipper Jubatus.

Minkejja li ltaqgħu ma’ temp qawwi, il-kundizzjonijiet żguraw li l-flotta kollha waslet f’Marzamemi f’ħin tajjeb. 

Anke jekk il-flotta kienet maqsuma fi klassijiet tat-tlielaq u tal-cruisers, iż-żewġ kategoriji ma kinux jonqsu minn element ta’ kompetizzjoni. 

Notevolment, fil-Klassi Cruising RMYC, spikka Code Zero. Immexxi minn missier u iben Matthew u Seb Miceli Demajo. Ta’ 11-il sena biss Seb kien l-iżgħar parteċipant fit-tellieqa. Minkejja l-età żgħira tiegħu, Seb huwa baħri ta’ esperjenza tal-Klassi Optimist, li se jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati tad-Dinja Optimist li ġejjin, filwaqt li fl-istess ħin jissaħħaħ il-ħiliet tiegħu fit-tlielaq ta’ dan it-tip.  Il-jott Code Zero ħadet li l-unuri tal-linja f’din il-klassi iżda ġew fit-tieni post wara korrezzjoni ta’ ħin, wara Lucy X ta’ Paul Ellul.

Bi tbassir b’kundizzjonijiet ħfief għar-ritorn, il-previżjonijiet urew li l-flotta kien se jkollhom sfida biex jilħqu jaslu Malta fil-ħin stabbilit.  Minkejja li kienu l-eqreb kontendenti biex itemmu t-tellieqa, Jubatus ma setgħux jegħlbu l-kundizzjonijiet u  sfortunatament id-dgħajjes kollha kienu mġiegħla jirtiraw fl-aħħar.

Adrian Gauci Borda, Rear Commodore (Sailing) fir-Royal Malta Yacht Club, innota, li: “Minkejja li t-temp żamm lill-flotta milli tlesti t-tellieqa lura lejn Malta, il-parti tat-tellieqa lejn Marzamemi żgur ikkumpensat għaliha. Li wieħed jara lil Jubatus jistabbilixxi rekord ġdid kien tassew speċjali — prosit lill-ekwipaġġ.”

Matul il-waqfa ta’ tmiem il-ġimgħa f’Marzamemi, l-ekwipaġġi u l-ħbieb gawdew avveniment soċjali f’agrituriżmu tipiku Sqalli.  Logħba ta’ ‘tug of ‘war’  bejn l-ekwipaġġi żiedet l-element divertenti tal-weekend.

L-għoti tal-premjijiet sar waqt serata miżmuma fir-Royal Malta Yacht Club fil-preżenza tal-Commodore tal-Club, David Cremona u Andrew Magri Overend, Group CEO MacMed Group, rappreżentanti tal-International Yacht Paints f’Malta.

“Hekk kif ikkonkludejna dan l-avveniment, nirriflettu fuq is-sħubija tagħna mar-Royal Malta Yacht Club, billi nikkonfermaw l-impenn tagħna għall-eċċellenza fil-kura tad-dgħajjes u l-ispirtu dejjiemi tal-ibburdjar, li jdur madwar l-element tal-ħbiberija, il-komunità, u l-imħabba kondiviża għall-baħar. Nestendew l-akbar gratitudni tagħna lill-Club u lill-parteċipanti kollha talli għamlu dan l-avveniment suċċess kbir.”

L-avveniment li jmiss se tkun il-Camilleri Marine Ragusa Weekend li hija skedata li ssir bejn is-7 u d-9 ta’ Ġunju.

International Yacht Paints Marzamemi Weekend Riżultati

IRC Class 1 

L-ewwel  – Jubatus (Sean Borg)  – 1st Overall, 1st In Class, Race Record Holder

IRC 2

L-ewwel   – Sail Away (Ray Schembri)

IRC Cruisers 

L-ewwel   – Kon Tiki (Ferdinand Grech)

It-Tieni – Dimm (Kevin Pisani Zammit)

RMYC Cruisers 

L-ewwel   – Lucy X (Paul Ellul)

It-Tieni – Code Zero (Matthew Miceli Demajo / Seb Miceli Demajo)

It-Tielet  – Cloud Spotter (John De Giorgio)

J