Lokali

Robert Abela qed ipoġġi l-interessi tal-Partit Laburista qabel tal-pajjiż – Business Weekly

“Id-deċiżjoni li jħalli pajjiż mingħajr Deputat Prim Ministru hija perikoluża”.

Dan intqal fil-ġurnal Malta Business Weekly f’artiklu bit-titlu ta’ “Ir-riskju tal-instabbiltà”, b’referenza għall-insabbiltà li qed joħloq fil-pajjiż Robert Abela wara li qed jirrifjuta li jaħtar Deputat Prim Ministru fin-nuqqas ta’ Chris Fearne li rreżenja minn din il-kariga wara li sab ruħu akkużat bi frodi fl-Inkjesta Vitals.

Il-ġurnal jispjega li l-fatt li ma ħatarx Deputat Prim Ministru, huwa qed ipoġġi l-bżonnijiet tal-Partit Laburista qabel tal-pajjiż.

F’dan il-ġurnal, ħareġ kif Robert Abela kontinwament jagħżel li jtellef mill-attenzjoni fuq dak li qed jiġri fil-pajjiż billi fid-diskorsi tiegħu ta’ kuljum jitkellem fuq l-affarijiet kollha li ma għandhom x’jaqsmu xejn ma’ dan is-suġġett – wara li l-Gvern tiegħu u ta’ Joseph Muscat għażlu li jibqgħu jħallsu l-miljuni ta’ ewro lil Steward.

Intant, il-ġurnal tkellem ukoll fuq l-attakki perikolużi u kontinwi li l-Prim Ministru qed jagħmel kemm fuq il-ġudikatura u anke fuq il-ġurnalisti. Attakki li instigaw lill-membri tal-Labour u tal-Gvern biex jinfexxew f’attakki bla preċedent fuq il-ġudikatura u l-ġurnalisti.