Il-Prim Ministru Robert Abela spiċċa jitkarrab mal-partitarji tiegħu biex jibqgħu kalmi. Dan fid-dawl tal-inkwiet intern li qed jaffaċċja l-partit tiegħu stess – speċjalment fil-qalba taċ-Centru Nazzjonali Laburista.
Dan l-appell wasal fl-istess żmien li Manuel Cushcieri qed jibqa’ jħeġġeġ lin nies sabiex jinżlu l-Belt Valletta dakinhar li Joseph Muscat jitressaq il-Qorti.
Fis-Siggiewi… fejn in-nies jinsabu diżgustati bit-tmexxija tal-Kunsill… Robert Abela tkellem ukoll fuq l-importanza tas-sajjieda u s-settur tal-agrikoltura, u saħaq li dawn jeħtieġ li jkunu appoġġjati. Dan meta Robert Abela għażel li jagħti daqqa ta’ ħarta lill-bdiewa u s-sajjieda meta l-iskema stabbiltà inkludiet biss prodotti ta’ ħaxix friżat – u ebda prodott frisk mill-għelieqi tagħna.
Waqt din l-attivtà, tkellmet ukoll il-Viċi Sindku ta’ Ħal Għaxaq li semmiet kemm ix-xogħol tal-għaliema huwa xogħol imprezzabli. Xogħol li minn dak li qed jiġri llum, Net News jista’ jikkonferma li sfortunatament mhux qed jiġi apprezzat mill-Gvern ta’ Robert Abela hekk kif jidher li għadu ma ntlaħħaq l-ebda qbil dwar il-pakkett finanzjarju tal-edukaturi.
Intant, Robert Abela saħaq li l-Ukrajna m’għandhiex titħalla tidħol fl-Ewropa qabel il-kunflitt bejn dan il-pajjiż u r-Russja jkun intemm. Dan qalu waqt li fl-istess serata ppreżenta l-manifest tal-partit tiegħu għall-elezzjonijiet Ewropej.
Bil-kumplament tad-diskors f’din l-attività li fiha nieda il-manifest, ikun ibażżat fuq il-fondi Ewropej li Malta qed tgawdi minnhom grazzi għall-viżjoni ta’ Gvern Nazzjonalista.
//= $special ?>