Robert Abela qed jitlob lill-poplu Malti jafdah biex ikun jista’ jmur jieħu ħsieb l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin fl-Ewropa filwaqt li f’pajjiżna qed jagħmel minn kollox biex jieħu biss ħsieb l-interessi ta’ min seraq lill-Maltin.
Abela jmur quddiem il-poplu jitkellem dwar il-fondi li ksibna mill-Unjoni Ewropea biex ikun hemm investimenti, fost l-oħrajn fis-saħħa waqt li jibqa’ jirrifjuta li jġib lura l-miljuni li ngħataw lil Steward u Vitals.
Jekk kien hawn Gvern li pparalizza l-ekonomija tal-pajjiż, hu l-Gvern li tefa’ lil pajjiżna fuq il-Greylist.
Abela jgħid li biex tmexxi lil pajjiżek trid tkun tħobbu. Min iħobb lil butu, aktar milli jħobb lil pajjiżu, ma jistax imexxi lil Malta u Għawdex.
Biex tiġġieled għall-interessi tal-Maltin fi Brussell trid tkun kapaċi l-ewwel tħarishom f’pajjiżek.
Robert Abela u sħabu ma jistgħux iħarsu l-interessi tiegħek, għax għalihom, l-ewwel jiġu huma.
//= $special ?>