Lokali Saħħa

Seminars ġodda fil-learning centre l-ġdid tal-MUMN

Il-Union tal-Qwiebel u l-Infermiera fetħet binja ġdida li fiha qed isir programm ġdid li huwa eliġibbli għal iktar minn 4,000 persuna li jaħdmu fis-settur tas-saħħa. Dawn il-korsijiet se jkunu qed jingħataw lil 30 ħaddiem fil-ġimgħa sakemm eventwalment il-ħaddiema jkunu jistgħu kollha jattendu.  

Paul Abela, il-President tal-MUMN, spjega li l-problemi tas-saħħa menatali tolqot madwar persuna minn kull erbgħa f’pajjiżna. U l-midwives u nurses mhumiex ecċċezjoni, għalhekk l-MUMN ilha taħdem fuq dan il-proġett tant li inkludietu fis-sectoral agreement.

Għalhekk grupp ta’ nurses se jkunu qed jiġu rilaxxatti kull ġimgħa biex jattendu għal dan is-seminar fuq il-mental health well being u bis-saħħa ta’ hekk ikollhom forma ta’ survival kit kif ukoll kuntatt ta’ lil min iċemplu meta jħossuhom vulnerabbli.

Din il-union li twaqqfet fl-1996, kompliet tikber sakemm illum qed qed tgawdi minn binja state of the art fejn fiha jistgħu jsiru dawn is-seminars fil-Learning Centre l-ġdid kif ukoll laqgħat u anke seminars fil-kumpalment tal-binja, f’Ħal Qormi.

Paul Abela spjega wkoll li x-xogħol tal-qwiebel u tal-infermiera mhux xogħol faċli u għalhekk seminars bħal dan huma ta’ vantaġġ kbir.