Elezzjonijiet 2024 Lokali

Għada jibda l-ġbir tal-voti mill-għases u l-Kunsilli Lokali

Jidher li s’issa għad hemm 86,990 vot għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li għadhom ma nġabrux – li jfisser 23.5% tal-votanti eliġibli. Dan l-ammont ifisser żieda fuq l-aħħar darba li saru dawn l-elezzjonijiet, hekk kif l-ammont ta’ voti mhux miġbura fl-2019 kien ta’ 21.7%.

Jidher ukoll li t-12-il distrett – li huwa ffurmat mil-lokalitajiet tal-Mellieħa, parti minn Naxxar kif ukoll San Pawl il-Baħar – għandu l-akbar ammont ta’ voti mhux miġbura – 11,302.

Minn naħa l-oħra, għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali għad hemm 161,278 vot li għadu ma nġabarx; li jfisser 35.3% tal-votanti eliġibbli. Dan meta fl-2019 l-ammont ta’ voti mhux miġbura kien jammonta għal 30.6%.

Intant, dawk kollha li l-vot ma waslilhomx fi djarhom huma mħeġġa li jmorru jiġbru l-vot tagħhom mill-Għassa tal-Pulizija jew mill-Kunsill Lokali. Wieħed jista’ jagħmel dan mit-18 ta’ Mejju sat-2 ta’ Ġunju.

L-elezzjonijiet se jkunu qed isiru s-Sibt 8 ta’ Ġunju. Għalkemm ġimgħa qabel – fl-1 ta’ Ġunju – se jkun hemm l-early voting.