Iktar kmieni, il-Partit Laburista għamel konferenza tal-aħbarijiet li fiha pprova jagħti l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista bidel il-pożizzjoni tiegħu rigward l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Il-Partit Laburista suppost jaf li l-Partit Nazzjonalista huwa kontra l-armonizzazzjoni tat-taxxa, tant li meta konna dieħlin fl-Unjoni Ewropea, għamel żgur li t-taxxa tkun kompetenza speċifika ta’ Malta u mhux tal-Unjoni Ewropea.
Meta l-Partit Laburista jgħid mod ieħor, jagħmel hekk biss biex iqarraq u jipprova jbeżża’ lin-nies bil-babaw biex jaljena lin-nies mill-kriżi li qed jiffaċċja pajjiżna, maħluqa mill-Partit Laburista stess.
//= $special ?>