Fl-aħħar sigħat, il-Gvern ħareġ jattakka lill-għalliema billi implika li l-union tagħhom mhix tagħti l-fatti kollha. Tant hu hekk, li l-Gvern ħeġġeġ lill-MUT tkun fattwali.
II-Ministeru għall-Edukazzjoni, I-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u I-Innovazzjoni, fi stqarrija ħeġġeġ l-MUT biex fil-laqgħat mal-edukaturi tinformahom b’mod fattwali, b’dak li ġie propost min-naħa tal-Gvern.
Intqal ukoll li l-proposti finanzjarji huma “b’saħħithom” – għalkemm id-dettalji nżammu moħbija.
Fl-istess waqt, il-Gvern tenna li hu dispost li jkompli jiltaqa’ mal-istess union, tant li iktar kmieni llum diġà reġa’ estenda stedina biex issir laqgħa oħra.
//= $special ?>