Uffiċjal ewlieni tan-Nazzjonijiet Uniti b’responsabbiltà għall-Affarijiet Umanitarji defenda l-użu taċ-ċifri u statistika dwar il-vittmi tal-gwerra ta’ Gaza. Dan meta l-ħruġ taċ-ċifri qed ikun ikkuntestat u kritikat bl-aħrax min-naħa ta’ Iżrael.
Martin Griffiths, bħala s-Sotto-Segretarju Ġenerali ta’ din it-taqsima, qal li n-NU dejjem taddotta pożizzjoni ‘kawta’ kulmeta titratta dawn iċ-ċifri. Hu kien qed iwieġeb lil Iżrael li aktar qabel qal li t-tnaqqis riċenti fl-estimi ‘tan-NU’ rigward il-qtil tan-nisa u tfal waqt il-gwerra f’Gaza kienu bażati fuq informazzjoni falza provduta mill-Ħamas.
F’dan il-każ partikulari, in-NU kellha tirrevedi ‘l isfel ‘is-70 fil-mija tat-tfal u nisa (Palestinjani) maqtula għal 52 fil-mija. Dan waqt li l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji ammetta li r-reviżjoni kellha ssir minħabba l-kumpilazzjoni ta’ data ‘mhix kompluta’ dwar Gaza.
In-Nazzjonijiet Uniti, issa, żvelat li qed tibbaża fuq iċ-ċifri tal-Ministeru tas-Saħħa f’Gaza li hu mmexxi mill-Ħamas – aktar milli l-Uffiċċju Stampa tal-Gvern (tal-Ħamas) fit-territorju li ilu mill-2006 ikkontrollat mill-grupp terroristiku.
//= $special ?>