Lokali

Il-Malta Women’s Lobby tappella sabiex il-Gvern jgħin lill-ommijiet fil-perjodi kollha tat-tqala

F'Malta mietu żewġ nisa f'qasir żmien wara li welldu lit-trabi tagħhom

Il-Malta Women’s Lobby qed tappella l-Gvern sabiex joffri appoġġ lill-ommijiet qabel it-tqala, tul it-tqala kollha, fit-twelid u anke l-perjodu ta’ wara t-twelid permezz ta’ qwiebel flimkien ma’ professjonisti oħra fil-qasam tas-saħħa.

Dan l-appell jiġi fid-dawl tal-fatt li fi ftit jiem żewġ ommijiet sfaw mejta wara t-twelid tat-tarbija tagħhom, bil-Malta Women’s Lobby tispjega li kull omm għandu jkollha l-għajnuna kollha meħtieġa lil hinn min-nazzjonalità u l-qagħda finanzjarja tagħha.

Il-Malta Women’s Lobby appellat ukoll sabiex il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa għandhom ikunu mħarrġa sabiex in-nisa kollha ġejjin minn diversi kulturi u pajjiżi jingħataw l-aħjar kura possibbli.