Fl-ewwel partita minn Grupp X tat-Tieni Divizjoni, it-tim Nazzjonali Malti ddomina għal kollox fl-ewwel partita fejn wara li fetaħ vantaġġ ta’ 10 – 7 fi tmiem l-ewwel sessjoni, temm it-tieni sessjoni 21 – 14 liema vantaġġ kiber għal 34 – 20 sabiex bil-partita deciża eventwalment it-tim Malti temm il-partita b’distakk ta’ ħmistax il-punt 46 – 31
L-aħjar player tal-partita ingħażlet Tamara Vella.
Fit-tieni partita kontra Ġibiltà, it-tim Malti kien dejjem fil-partita b’rimonta mill-aqwa fl-aħħar sessjoni. Gibiltà kienu fil-vantaġġ 13 – 9 biex it-tieni sessjoni ntemmet 32 – 17, u minn hemm bdiet ir-rimonta mit-tim Malti li minn 43 – 34 fit-tielet sessjoni għalaq il-partita 54 – 48 għal Gibilta’
Fit-tielet partita t-tim Malti jilgħab kontra Franza.
Għall-Europe Netball Open Challenge, it-tim Malti huwa magħmul minn Sabrina Abugrin, Yasmine Abugrin, Maria Camilleri, Mireille Camilleri, Martina Cauchi, Heila Gericke, Lucretia Hili, Raina Pace, Niamh Sultana, Sari Thompson, Tamara Vella u l-captain Gail Zammit.
//= $special ?>