Lokali

It-trofej ta’ Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers fid-Dar Ċentrali

Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers ippreżentaw it-trofew tar-rebħa tagħhom tal-Premier League u tal-FA Trophy Championship, rispettivament, fid-Dar Ċentrali.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech feraħ liż-żewġ timijiet għar-rebħa li kisbu matul dan ix-xahar. Matul iż-żjara ta’ Ħamrun Spartans, Bernard Grech ġie ppreżentat b’gear tal-futbol tal-Ħamrun bin-numru għaxra fuq wara.

Preżenti għaż-żjarat kien hemm għadd ta’ deputati u kandidati tal-Partit Nazzjonalista.

Ħamrun Spartans rebħu l-kampjonat ta’ din is-sena li kien ifisser l-10 kampjonat tal-Premier League. Pass li wassalhom biex minn issa ‘l quddiem ikollhom l-ewwel stilla fuq il-badge tal-club tagħhom.

Bi Sliema Wanderers iġibu wkoll rebħa tat-22 FA Trophy Championship meta rebħu b’4-2 permezz tal-penalties. Biex b’hekk, Sliema se jkunu qed jaffaċjaw lil Ħamrun Spartans fl-istaġun li jmiss tas-Super Cup.