Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) segwa b’reqqa, u b’ kawtela, l aħħar żviluppi politiċi li mingħajr ebda preċedent Pajjiżna jinsab għaddej minnhom; b’ rispett lejn il-Proċess sħiħ Ġudizzjarju.
L-MŻPN juri l-pre-okkupazzjoni tiegħu għall-attitudni tal-ftit, iżda minn dawk l-anqas mistennija, inkluż l-Onorevoli Prim Ministru nnifsu, fil-konfront ta’ Membri fil-Ġudikatura. Attitudni, li sabiex jintuża kliem il-Kap tal-Istat innifisha, l-Eċċellenza Tagħha l-President Dr Myriam Spiteri Debono, ixxekkel l-‘atmosfera serena’ li l-Qrati u l-Ġudikatura jeħtieġu sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.
Huwa b’ dan l-ispirtu li l-MŻPN jagħmel referenza għall-Awtur Shimon Shetreet, fejn huwa jikteb li:
‘The culture of judicial independence is created by five important and essential aspects: creating institutional structures, establishing constitutional infrastructure, introducing legislative provisions and constitutional safeguards, creating adjudicative arrangements and jurisprudence, and maintaining ethical traditions and a code of judicial conduct’.
L-MŻPN iħoss u jifhem li dawn il-ħames aspetti hawn fuq imsemmija, huma maħsuba u delineati b’ mod ċar mill-Qafas Legali ta’ Pajjiżna, biex għalhekk, huwa mill-aktar fqir li l-Kamp Politiku jittanta jdaħħal sebgħu f’ dan, bit-tir li jxekkel il-fiduċja pubblika fl-Indipendenza tal- Ġudikatura.
L-MŻPN itenni l-importanza tal-fiduċja pubblika fis-Sistema Ġudizzjarja ta’ Pajjiżna, u jawgura li l-Kamp Politiku jgħin, u mhux jostakola f’ dan, aktar u aktar meta hija din il-fiduċja pubblika li tissiġilla l-istrutturi, l-arranġamenti, u l-provvedimenti legali, fuq imsemmija.
//= $special ?>