Il-Partit Nazzjonalista ilu, minn meta sar magħruf li ġiet konkluża l-Inkjesta Maġisterjali, jitlob lill-Avukat Ġenerali biex tippubblika l-Inkjesta Maġisterjali sħiħa.
Joseph Muscat qed iqarraq meta jgħid li kiteb lill-Qorti biex tippubblika l-Inkjesta meta jaf li f’dan il-mument hi l-Avukat Ġenerali li għandha l-poter tippubblika l-Inkjesta u mhux il-Qrati.
S’issa, l-uniċi persuni li għandhom aċċess għall-Inkjesta huma Robert Abela, Joseph Muscat u dawk akkużati b’dan l-iskandlu.
Jekk Robert Abela u Joseph Muscat verament jemmnu dak li qed jgħidu u jridu li l-Inkjesta tkun ippubblikata, għandhom jaqbdu u jippubblikaw l-Inkjesta llum stess.
Fin-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa ta’ Robert Abela, Joseph Muscat u l-Avukat Ġenerali, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jassigura l-pubblikazzjoni tal-Inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>