Ir-reġjuni lejn in-naħa ta’ fuq tal-Italja spiċċaw mgħarrqin wara inżul ta’ xita qawwija. Dan meta l-ibliet ta’ Padova u Vicenza huma partikularment affettwati mill-elementi, fost ir-reazzjonijiet urġenti mill-iskwadri tas-salvataġġ.
Is-servizzi għall-emerġenzi qed ikollhom jużaw id-dinghies biex isalvaw lin-nies li spiċċaw iżolati fi djarhom stess. Dan ukoll meta l-filmati mill-inħawi qed juru fost oħrajn diversi karozzi weqfin u abbandunati waqt li ċirkondati mill-‘ibħra’ tat-tajn.
L-awtoritajiet fir-reġjun ta’ Veneto fissru s-sitwazzjoni fl-inħawi bħala ‘simili għal ċirkustanzi fejn splodiet bomba tal-ilma għal fuqhom’.
Fl-istess ħin, mistenni aktar taqlib fit-temp meta bħalissa qed tiddomina mewġa ta’ sħana straordinarja lejn in-naħat t’isfel tal-Italja – bit-temperaturi fi Sqallija qed ikunu kalkulati bħala ‘il fuq minn 35 grad Celsius.
Intant, kien hemm inċidenza kbira ta’ għargħar mix-Xmara Muson dei Sassi fiz-zona ta’ Padova, waqt li f’Borgo Mantovana (fir-reġjun tal-Lombardija) ferrovija għall-ġarr tal-merkanzija nqalbet fost irwiefen b’veloċità ta’ madwar 200 kilometru fis-siegħa.
Għadu wkoll effettiv ‘stat ta’ allert massimu’ għar-reġjun ta’ Veneto – u speċjalment fl-ibnadi ta’ Vicenza u Verona.Intant, hemm ukoll ir-rapporti dwar xi persuni nieqsa fiz-zona ta’ Como wara l-kroll ta’ pont żgħir fl-inħawi.
//= $special ?>