Sport

Medalji għal għawwiema mill-Iskola Nazzjonali tal-Isport

Grupp ta’ studenti għawwiema mill-Iskola Nazzjonali tal-Isport ħadu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena World School Swim Championships, f’Londra.

Il-kompetizzjoni saret fiċ-Ċentru Akwatiku ta’ Londra fejn fl-2012 kienu saru l-Olimpijadi. Suċċess għall-għawwiema Maltin li kisbu total ta’ 38 midalja fejn Gwyneth Schembri u Elize Cushing bi  tnejn bronż kull wieħed; Naiyelli Clark Spiteri u Ema Liz Cassar bi tlieta bronż kull wieħed; Jack Vella :rebaħ tnejn deheb u tlieta bronż; Ella Fenech Attard erba’ deheb, tnejn fidda u tlieta bronż; Sophia Allen b’waħda deheb, tlieta fidda u erbgħa bronż; Giuseppe Borg b’waħda bronż; u Luke Zammit waħda fidda u tnejn bronż.

Il-grupp ta’ għawwiema kienu mmexxija mill-kowċ Davina Camilleri u mill-kowċ tal-waterpolo Niki Lanzon.