Lokali

Numru ta’ djar fi triq l-Indipendenza f’Ħal Għargħur bla dawl wara li high lifter qaċċat xi cables

High lifter li kien għaddej minn Triq l-indipendenza f’Ħal Għargħur, qala’ xi wires u cables minn din it-Triq.

Jidher li dan il-high lifter kien qiegħed isuq b’lura meta laqat dawn il-cables.

Nies li tkellmu ma’ Net News spjegaw li djar f’din it-triq jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku.

Il-Pulizija kkonfermaw li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.