Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza

Raġel ta’ 30 sena min-Nepal residenti l-Imsida, ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn il-mutur li kien qed isuq, u karozza.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Kymco Agility u karozza tal-għamla Toyota Hi-Ace, misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti San Ġiljan.

Minnufih isejħu l-Pulizija fil-post u tim mediku flimkien ma’ ambulanza, li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu, fi Triq Testaferrata l-Gżira.


Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.