Lokali

Tal-Labour ma jikkundannawx lil Steward

Il-kandidati Laburisti Alex Agius Saliba u Daniel Attard ma kkundannawx lil Steward għall-fatt li l-Għawdxin għadhom mingħajr sptar ġdid.

F’mistoqsija li saret minn din il-kamra tal-aħbarijiet dwar is-sitwazzjoni f’Għawdex, u jekk jikkundannawx il-fatt li Steward ħallew lill-Għawdxin bla sptar ġdid, Daniel Attard ma lissinx kelma waħda… filwaqt li Agius Saliba nfexx f’attakk kontra l-Maġistrat Gabriella Vella.

Anke t-tema tal-Gozo Channel jidher li ma tantx kienet ta’ interess għal dawn iż-żewġ star candidates tal-Labour.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Labusita, iż-żewġ kandidati spiċċaw ħarġu jiġru mill-kamra tal-midja meta ġew mistoqsija jekk jiskużawx ruħhom għall-fatt li ħallew lill-Għawdxin b’vapur second hand. Vapur li qed jikkawża tant u tant problemi.