Ftit tal-ħin ilu, l-għalliema ddikjaraw tilwima industrijali mal-Gvern wara li baqa’ ma ntlaħaq ebda qbil dwar il-fethim kollettiv – ftehim li kellu jiġi ffirmat qabel l-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju.
Wara li tlaqqa’ l-Kunsill tal-MUT, il-union irreġistrat tilwima industrijali mal-Gvern minħabba li l-proċess tan-negozjati, fl-aħħar ġimgħa, ħa daqqa lura.
Dawn in-negozjati ilhom għaddejin xhur sħaħ, wara li l-MUT ikkoperat bi sħiħ biex jintlaħaq l-aqwa ftehim possibbli, u wara li l-Gvern ta’ Robert Abela kien wiegħed “żidiet sostanzjali” lill-għalliema.
Issa, l-MUT qed tagħti ultimatum ta’ ġimgħa lill-Gvern biex jintlaħaq qbil dwar il-ftehim settorjali għall-edukaturi li ilu li skada minn Diċembru tal-2022.
//= $special ?>