Fil-jum li fih l-MUT iddikjarat tilwima industrijali, il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima u l-Prim Ministru Robert Abela ħarġu jisfidaw lill-MUT biex tgħid il-fatti kollha.
L-għalliema jinsabu irrabjati għall-fatt li Gvern baqa’ jsabbat saqajh fuq il-ftehim kollettiv. Dan filwaqt li Abela implika li l-MUT mhux qed tkun fattwali.
Mistoqsi għalfejn l-MUT tat ultimatum jekk il-Gvern offra pakett finanzjarju tajjeb…il-Prim Ministru baqa’ jinsisti li l-MUT naqset milli tinforma lill-pubbliku kif suppost.
Intant, f’diskors li għamel aktar kmieni f’Ħal Kirkop Robert Abela kompla jbeżża lin-nies bl-establsihemnt li qed jiġbed l-ispag.
F’Ħal Kirkop, il-Prim Ministru wiegħed żoni ta’ spazzji ħodor. Dan meta f’10 snin il-pajjiż spiċċa fgat bil-bini eżaġerat li tela’ bla pjan…u li ħafna minnu qed jakkomoda lill- popolazzjoni li splodiet f’dawn l-aħħar snin. Dan apparti is-siġar li tqaċċtu minn diversi toroq u pjazez ewlenin.
//= $special ?>