Atalanta rritornaw jilagħbu fil-UEFA Champions League l-istaġun li jmiss hekk kif għelbu lil Lecce 2-0 barra minn darhom.
Atalanta se jilagħbu fiċ-Champions League wara sena nuqqas.
Il-gowls tar-rebħa waslu kollha fit-tieni taqsima bil-midfielder avvanzat De Ketelare jiftaħ l-iskor fit-48 minuta mis-suġġeriment ta’ Scamacca, b’dan tal-aħħar jirdoppja l-iskor 5 minuti wara b’daqqa ta’ ras mill-assist ta’ Miranchuk.
U intant, fil-partita l-oħra, telfa diżappuntanti immens għal Milan hekk kif ġew megħluba 3-1 minn Torino.
Tlett punti fundamentali għal Torino li qed jissieltu għall-post fl-Ewropa.
Ir-Rossoneri marru minn taħt wara 26 minuta permezz ta’ Duvan Zapata mill-kross mix-xellug ta’ Linetty, biex fl-40 minuta Ilic irdoppja l-iskor.
Kompliet is-serata ħażina għal Milan fit-tieni taqsima hekk kif minuta biss wara t-tisfira inizjali, Rodriguez għamel l-iskor 3-0 u ssiġilla r-rebħa għal kollox.
Milan skorjaw gowl lura fil-55 minuta permezz ta’ Bennacer, pero l-gowl kien biss ta’ konsolazzjoni.
SERIE A
Il-Ġimgħa
Fiorentina v Napoli 2-2
Illum
Lecce v Atalanta 0-2
Torino v Milan 3-1
Għada
Sassuolo v Cagliari 12:30pm
Monza v Frosinone 3:00pm
Udinese v Empoli 3:00pm
Inter v Lazio 6:00pm
Roma v Genoa 8:45pm
Għada
Salernitana v Verona 6:30pm
Bologna v Juventus 8:45pm