Sport Sport Ieħor

Giro d’Italia Stadju 14: Filippo Ganna fl-ewwel post f’tellieqa missielta

(Ritratt: EPA)

Filippo Ganna ta’ Ineos Grenadiers rnexxielu jispiċċa fl-ewwel post wara konfront missielet ma Tadej Pogacar matul it-tellieqa kollha li spiċċa fit-tieni post b’distakk biss ta’ 10 sekondi.

Magnus Sheffield ukoll ta’ INEOS Grenardiers temm fit-tielet post, bl-Amerikakn ikollu prestazzjoni mill-aqwa.

Fil-klassifika globali, Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates għadu jokkupa l-ewwel post, b’ Geraint Thomas jitfa’ l-pressjoni fit-tieni post segwit minn Dani Martinez fit-tielet post.

Il-15-il stadju t’għada mistenni jkun kruċjali għall-kumplament tat-tfassil tal-klassifika.