“Il-Partit Nazzjonalista qed jibgħat messaġġ ċar li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħmel differenza
fil-qasam ambjentali.”
Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt żjara li għamel f’Ħondoq ir-Rummien fejn għal snin twal ilha tiġi diskusa l-possibilita li din l-art tinxtara mil-Gvern sabiex tkun art pubblika u mhux dik privata.
Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista lest jieħu azzjoni biex l-art ta’ ħdejn il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex issir art pubblika u tingħata lill-poplu Malti u Ghawdxi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li kieku sar dan l-iżvilupp Ħondoq ir-Rummien kien jintilef
L-iskop wara dan kollu hu li din l-art issir pubblika biex imbagħad jibda proċess biex fejn hemm bzonn tiġi riabilitata – speċjalment il-parti fejn kien hemm il-barriera u tiġi trasformata f’park nazzjonali għat-tgawdija tal-pubbliku.
Preżenti kien hemm il-kunsiliera Nazzjonalisti tal-Qala flimkien ma’ shadow minister għal-Għawdex Alex Borg.
//= $special ?>