Il-President tal-MUT Marco Bonnici giddeb dak li qal il-Gvern fl-aħħar sigħat dwar il-pagi tal-għalliema, u stqarr li l-kliem li qed jintqal huwa “invenzjonijiet”.
Dalgħodu, fuq l-RTK, Marco Bonnici waqqa’ d-diskors kollu li qed isir mill-esponenti tal-Gvern, tant illi insista li mhemm ebda żieda ta’ €10,000 għal għalliem li jidħol f’din il-professjoni.
Aktar tard, f’intervista separata, il-Ministru tal-Edukazzjoni insista li dak li qed jgħid il-President tal-MUT mhux korrett. Iżda qal ukoll li mhux qed jgħid li Bonnici qed jigdeb.
//= $special ?>