Elezzjonijiet 2024 Lokali

Issostni kif il-Qorti għanda titħalla taħdem fil-libertà

Il-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-MEP’s Louise Anne Pulis bdiet id-diskors tagħha fix-Xagħra Għawdex billi kritikat is-servizzi ta’ trasport bejn Malta u Għawdex, u kompliet tgħid kif il-Partit tal-Labour m’għandux pjan ċar ta’ x’għandu jsir fil-pajjiż.

Pulis kompliet titkellem fuq kif il-Prim Ministru m’huwiex kredibli, u kritikat anke l-bosta U-turns li għamel matul l-aħħar snin.

Hi kompliet issostni kif il-Qorti għanda tkompli tagħmel ix-xogħol tagħha, u tkompli tikxef il-verità fuq dawk il-kriminali li qed jużaw is-saħħa mogħtija mill-poplu għall-gwadan personali.

Louise Anne Pulis ikkonkludiet billi stqarret li l-Partit Laburista tradew lill-pajjiżna, u ħeġġet lill-votanti jivvotaw għall-bidla li hemm bżonn fit-8 ta’ Ġunju.