Sport Sport Ieħor

Malta megħluba mill-Gibiltà fil-European Netball Open Challenge

It-tim Nazzjonali Malti bħalissa qed jikkompeti fil-European Netball Open fejn fis-semi finali safa’ megħlub mill-Gibiltà bl-iskor finali ta’ 48-38 wara 4 sessjonijiet.

Malta bdiet fuq sieq tajba fl-ewwel perjodu hekk kif ħadu vantaġġ ta’ 9-6, madankollu l-avversarji rnexxilehom jirkupraw l-iskor wara l-ewwel sessjoni jkun ta’ draw ta’ 11-11.

Ġibiltà ħadet il-vantaġġ fit-tieni sessjoni li temmet bl-iskor ta’ 25-21. Sfortunatament l-iskor baqa’ jikber fit-tielet sessjoni biex spiċċa 39-29.

L-iskor finali kien dak ta’ 48-38.

It-tim li beda l-ewwel sessjoni kien magħmul minn Sari Thompson, Niamh Sultana, Heila Gericke, Lucreita Hili, Raina Pace, Tamara Vella u Yasime Aburgin.

Fuq il-bank kien hemm ukoll Marija Camilleri, Martina Cauchi, Mireille Camilleri, Sabrina Aburgin u Gail Zammit.

Malta mpenjata kontra l-Iżvizzera għada fl-10am.