F’Imola, fil-Gran Prix ta’ Emilia Romagna, iċ-champion tad-dinja, Max Verstappen rebaħ it-tmien pole position konsekuttiv, u b’hekk illum laħaq ir-rekord tal-mibki Aryon Senna, fin-numru ta’ poles mirbuħa konsekuttivamnt.
Max Verstappen fuq Red Bull, kiseb l-aħjar ħin meta għamel dawra ta’ minuta, 14-il sekonda, punt 746 ta’ sekonda.
Fit-tieni post spiċċa Oscar Piastri fuq McLaren.
Lando Norris, fuq McLaren ukoll, temm it-tielet.
Mir-raba’ post, fil-Gran Prix ta’ għada ta’ Emilia Romagna, se jkun qed jitlaq Charles Leclerc fuq Ferrari.
Il-kollega ta’ Leclerc, Carlos Sainz fuq Ferrari se jkun qed jibda’ mil-ħames post, b’George Russell tal-Mercedes kiseb is-sitt l-aħjar ħin.
//= $special ?>