Elezzjonijiet 2024 Lokali

Miriana Testaferrata de Noto tħeġġeġ liż-żagħżagħ jivvotaw għall-futur tagħhom

Fid-diskors tagħha fix-Xagħra Għawdex, il-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-MEP’s Miriana Testaferrata de Noto bdiet billi fakkret l-importanza ta’ Għawdex, u l-ħafna kwalitajiet tajbin u sbieħ li toffri din il-ġzira.

Hi kompliet iżid billi fakkret ix-xogħol kollhu li għamel il-Partit Nazzjonalista f’ Għawdex u kif matul is-snin kien ivestimenti ta’ Gvern Nazzjonalista li kien fundamentali għax-xogħol kollhu li sar.

Testaferrata de Noto wkoll ikkumentat fuq l-importanza taż-żagħżagħ Maltin, u ħeġġet liż-żagħżagħ Maltin u Għawdxin jaħsbu fil-futur tagħhom fl-elezzjoni li ġejja, u jivvotaw b’mod għaqli u matur. Hi kompliet tgħid kif iż-żagħżagħ ma jridux jgħixu fuq id-dipendenza tal-Ministri, madankollu jridu jkunu indipendenti u jimirħu waħidhom.

Miriana Calleja Testeferrata de Noto kkonkludiet billi għamlet l-appel tagħha liż-żagħżagħ biex fit-8 ta’ Ġunju jivvotaw għal futur tagħhom billi jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista.