L-establishment tal-Ewropa. Id-diskorsi tal-aħna u huma. Il-gwerra. Attakki. Ixewxu.
Dan huwa l-lingwaġġ illi spikka waqt l-attività Laburista li saret illejla f’Għawdex; attività politika li matulha reġa’ iddomina d-diskors negattiv minn naħa ta’ Robert Abela, fejn spiċċa jirreferi għall-UE bħala “l-establishment ta’ Brussell” – kliem illi huwa simili ferm għal dak li kien juża Alfred Sant fis-snin disgħin, u aktar riċenti anke Joseph Muscat.
Waqt li tkarrab mal-partitarji Għawdxin biex jieħu l-vot tagħhom, Robert Abela qatta’ kważi diskors sħiħ jistaqsi domandi lin-nies li kellu quddiemhom. U f’ħin minnhom, saqsa xi proġetti se jsiru mill-PN fil-qasam tas-saħħa.
“Intom ħaqqkom l-aqwa”, qal Robert Abela. Iżda ma għamel ebda apoloġija għall-fatt li ħalla lill-Għawdxin mingħajr l-isptar ġdid li suppost ilu snin li inbena.
//= $special ?>