Lokali

AĠĠORNATA: Raġel iweġġa’ serjament wara inċident fil-Kamra tan-Nar Santa Marija tal-Imqabba

Pulizija, membri tas-CPD u ambulanzi issejħu b’urġenza f’Ta’ Kandja wara li ż-żagħżugħ sofra ħruq fil-Kamra tan-Nar Santa Marija tal-Imqabba. Il-każ seħħ is-Sibt, għall-ħabta tas-6:30pm.

Nies fil-post qalulna li l-vittma sofra ħruq f’idejh. U aktar tard, stqarrija tal-Pulizija ikkonfermat li r-raġel weġġa’ serjament u jinsab fl-ITU.

Mhux eskluż li ż-żagħżugħ – li għandu 27 sena – kien qed jaħdem fuq xi nar tal-art.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Intant, iz-zona kellha tingħalaq bħala prekawzjoni. Fl-akwati hemm ukoll kmamar tan-nar oħrajn.

Il-festa ta’ Santa Marija tiġi ċċelebrata f’Awwissu.