Dawn mhux l-affarijiet li n-nies jimpurtahom minnhom. Din kienet is-soluzzjoni tal-kandidata Laburista Marija Sarah Vella Gafa quddiem il-fatt li l-Gvern spiċċa f’nofs kriżi politika.
Marija Sarah Vella Gafa użat dan il-programm biex tkompli tirrepeti r-retorika tal-establishment. Il-kandidata Laburista saħansitra tinsinwa li l-Partit Nazzjonalista ħassar attività politika minħabba l-prostesta li saret mill-Moviment Graffiti, il-UHM, il-Kunsill Studenti Universitarji, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u oħrajn – li ġew ittimbrati mil-Labour b’dan il-mod.
Fl-istess programm, il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista, Peter Agius, faqa’ bużżieqa oħra tal-Labour dwar is-sigurtà Ewropea. Tant li fakkar li dan huwa punt li kull MEP Malti – inkluż dawk tal-Partit Laburista – qablu fuqu.
//= $special ?>