Fid-diskors tiegħu waqt il-Mass Rally tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema, il-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius sostna li fit-8 ta’ Ġunju, il-Maltin se jivvotaw għal sitt MEPs. Minħabba li aħna pajjiż żgħir, m’għandniex siġġijiet daqskemm għandhom pajjiżi oħrajn, u b’hekk ma naffordjawx il-ħela. Għalhekk, hemm bżonn li nivvotaw għall-kandidati kollha tal-PN, li verament se jaħdmu għall-ġid u l-valuri tal-Maltin.
L-MEPs Nazzjonalisti qed jaħdmu favur il-Maltin, xi ħaġa li mhumiex jagħmlu l-MEPs Laburista, li minflok qed jitfgħu l-prijoritajiet importanti fuq wara.
Peter Agius sostna li jekk għandu jkun MEP, hu se jgħin lilll-Maltin jaċċessaw il-fondi Ewropej li verament ħaqqhom, kif ukoll jipprovdi l-opportunitajiet lill-Maltin… dawn grazzi għall-għajnuna tal-Unjoni Ewropea.
Hu stqarr li hu se jkompli jaħdem mal-kandidati u MEPs l-oħra tal-PN sabiex flimkien ikomplu jiġġieldu l-korruzzjoni tal-Partit Laburista.
Hu temm billi jgħid li hemm bżonn inżommu l-kuraġġ u nkomplu naħdmu flimkien sabiex is-sewwa verament jirbaħ żgur, u li dan jista’ jsir biss billi fit-8 ta’ Ġunju nivvotaw b’moħħna u nivvutaw lill-kandidati kollha tal-PN.
//= $special ?>