Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Robert Fico mgħadux fil-periklu tal-mewt….Dan qaluh l-awtoritajiet fi Bratislva, jiem wara li Fico kien intlaqat b’ħames tiri sparati lejh minn raġel li avviċinah waqt attività politika fil-belt ta’ Handlova.
Il-każ kien attentat ċar fuq il-ħajja tal-Prim Ministru u fl-aħħar sigħat, il-Viċi-Prim Ministru Slovakk, Robert Kalinak żvela li Robert Fico xorta se jkollu bżonn il-kura intensiva matul il-jiem li ġejjin anki jekk it-tobba ‘eliminaw l-agħar xenarju potenzjali’.
Il-Prim Ministru Fico kellu jgħaddi minn sigħat ta’ kirurġija wara l-attakk tal-Erbgħa u meta l-aggressur tiegħu – raġel ta’ 71 sena mill-belt ta’ Levice – qed jinżamm mill-pulizija sakemm jitressaq għal ġuri biex iwieġeb dwar l-attentat ta’ qtil. Il-media Slovakka qed tirreferi għall-aggressur bħala ‘poeta b’ideat radikali’ u li hu involut ma’ diversi organizzazzjonijiet politiċi.
L-aħbar li l-kundizzjoni ta’ Robert Fico saret stabbli ngħatat fost konferma li hu jista’ idum ħafna biex joħroġ mill-isptar ta’ Banska Bystrica…L-isptar fejn hu kien iddaħħal b’urġenza dritt wara l-attakk fuq persuntu.
//= $special ?>