Lokali

L-MUMN ma kinitx infurmata li se jingħalaq Monte Carmeli

Din il-ġimgħa l-Ministru tas-Saħħa JoEtienne Abela ħabbar li l-isptar ta’ Monte Carmeli kien se jingħalaq b’mod gradwali. Għalkemm huwa evidenti li l-Gvern ma kkonsulta ma’ ħadd qabel ittieħdet din id-deċiżjoni – konferma oħra li Robert Abela u sħabu mhux qed jiddiskutu mal-professjonisti fis-settur tas-saħħa.

Bil-President tal-MUMN jesprimi t-tħassib tiegħu dwar x’se jsir mill-impjegati li jaħdmu f’Monte Carmeli.

Din il-ġimgħa stess, il-Ministru nnifsu qalilna li l-problema tas-saħħa mentali hija sfida li għandha tiġi bżonn indirizzata.

Huwa proprju għalhekk li l-aħbar li l-Gvern kien mar lura minn kelmtu u għamel u-turn dwar il-binja ta’ sptar ġdid tas-saħħa mentali ġibdet lejha ħafna kritika.