Fit-28 programm Sport Extra ta’ llum it-tema ewlenija hija l-edizzjoni 2024 tal-Olimpijadi ta’ Pariġi. Fl-ewwel parti tal-programm mistiedna Charlene Attard , Direttur tal-Isport fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti li magħha ġew diskussi diversi punti b’rabta mal-partecipazzjoni Maltija f’Parigi2024. Fl-istess intervista Attard għamlet riferenza għal bosta progetti fl-iżvilupp ta’ atleti żgħażagħ li qed iseħħu fi ħdan il-K.O.M
Fit-tieni parti tal-programm, Pariġi 2024 tibqa’ t-tema principali b’servizzi dwar x’se toffri l-kapitali Franciża għall-Olimpijadi, infrastruttura, mascots, edizzjonijiet imgħoddija kif wkoll aktar dettalji biex wieħed jibda jsir familjari ma’ dawn l-Olimpijadi.
Sport Extra jixxandar illum fuq NetTelevision mill-5.15 ta’ waranofsinhar ‘l quddiem.
Sport Extra għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.
//= $special ?>