Sport Sport Ieħor

Malta jegħlbu l-Iżvizzera bi prestazzjoni kuraġġuża fil-European Netball Challenge Open

It-Tim Nazzjonali Malti kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-European Netball Challenge Open li qed issir fl-Isle of Man hekk kif għelbu l-Iżvizzera 43-41, wara li rnexxielhom juru reżiljenza kbira matul il-partita fejn saħansitra skorjaw iż-żewġ punti tar-rebħa fl-aħħar 10 sekondi tal-aħħar sessjoni.

Il-Mlatin bdew fuq sieq ħażina fl-ewwel perjodu hekk kif tilfu bl-iskor ta’ 11-9, bil-Maltin jibqgħu minn taħt għall-parti kbira tat-tieni sessjoni, madankollu fl-aħħar tlett minuti ħadu l-vantaġġ biex l-iskor finali tat-tieni perjodu kien 23-19 għall-Maltin.

Fit-tielet sessjoni l-Iżvizzera naqqsu l-marġini, madankollu Malta xorta rebħet bl-iskor ta’ 29-27.

Finalment fl-aħħar sessjoni l-Maltin ħadu r-rebħa meta għall-maġġoranza tal-ħin l-iskor kien ugwali, bil-Maltin jieħdu r-rebħa b’żewġ punti fl-aħħar sekondi.

Il-plejers li bdew kienu Sabrina Aburgin, Niamh Sultana, Martina Cauchi, Lucerita Hili, Raina Pace, Tamara Vella, Yasmine Aburgin, filwaqt li Heila Gericke, Marija Camilleri, Mirelle Camilleri, Sari Thompson u Gail Zammit bdew il-partita minn fuq il-bank.