Il-Ministru tal-Housing, Roderick Galdes u l-Ministeru kollu tiegħu, imisshom jistħu li mmanipulaw lil nies vulnerabbli biex jitfgħu l-vot tagħhom fis-Siġġiewi.
Kien dan is-senitiment espress kemm fl-editorjal tal-MaltaToday kif ukoll mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, dwar kif numru ta’ nies inqalbilhom il-vot taghhom fuq binja tal-housing fis-Siġġiewi li għadha inabitabbli. L-editorjal jinnota kif din il-manipulazjoni ntużat anka fuq nies vulnerabbli fosthom persuna Għawdxija li għandha l-kanċer.
Il-MaltaToday issemmi kif fil-Parlament Galdes ipprova jiġbed is-simpatija tan-nies – meta l-fatti f’dan il-każ huma ċari.
Waqt li kienet qed tagħti sentenza, il-Maġistrat Frendo Dimech iddikjarat li mingħajr dubju ta’ xejn li dawn il-persuni ma ħadux l-inizjattiva huma biex ibiddlu l-karta tal-identità tagħhom, imma kien hemm xi ħadd li rreġistrahom fuq is-Siġġiewi. Din hija xi ħaġa tal-mistħija li l-persuni li suppost iħarsu l-interess tal-pubbliku qegħdn minflok jabbużaw u jimmanipulaw nies vulnerabbli.
Ħaġa oħra inkwetanti hija kif l-Aġenzija ‘Identità’ ħarġet karti tal-identità ġodda b’informazzjoni nieqsa, waqt li uffiċjal ikkonferma li dawn qed jgħixu hemm.
Għalhekk, l-Editorjal innotta li ma hemm l-ebda mod ieħor kif tiddeskrivi din il-manipulazzjoni ħlief frodi elettorali. Hija ħasra li l-Ministru Galdes aċċetta li jilgħab din il-logħba. Waqt li temm jgħid li Galdes għamel l-affarijiet iżjed gravi meta baqa’ jiddefendi din l-azzjoni wara li nqabad.
//= $special ?>