Kliem mimli mibegħda u instigazzjoni għall-mibegħda.
Dan kien id-diskors waqt l-attività politika tal-Partit Laburista fiż-Żurrieq kemm mil-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll mill-Ministru Clint Camilleri.
Robert Abelai nfexx f’attakki kemm fuq il-kandidati tal-MEP’s kif ukoll fuq il-Partit Nazzjonalista.
Waqt li baqa’ jgħajjat bil-politika “kattiva”, u jsaħħan l-irjus ta’ dawk preżenti.
Dawn l-attakki komplew ukoll mill-Ministru għal Għawdex li għamel diskors b’instigazzjoni għall-mibegħda. Camilleri sostna li wasal iż-żmien li “jwieġbu b’saħħa u jużaw l-armi”.
Il-Ministru tkellem ukoll dwar l-importanza li l-poplu jivvotta favur id-demokrazija. Dan meta fl-istess nifs sostna li jridu jwieġbu kif għallmuhom missirijiethom u saħaq li rridu nagħtu risposta lil min irid jitfa’ lil dak u lill-ieħor il-ħabs.
Intant, Abela fid-diskors tiegħu baqa’ jgħajjat bl-establishment. Hu qal li l-establishment għamel protesta t-tnejn u protesta l-Ħamis organizzata mill-UĦM, il-PEN, l-Aditus u anka l-Moviment Graffitti.
//= $special ?>