F’Emilia Romagna fit-trakka ta’ Imola, Max Verstappen ta’ Red Bull irnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Lando Norris li għamel pressjoni kbira matul it-tellieqa, bl-Olandiż jispiċċa fl-ewwel post u Norris fit-tieni post fuq McLaren.
Verstappen minkejja li kellu problem fir-roti, fl-aħħar lap irnexxielu jieħu l-5 rebħa minn 7 tiġrijiet biex ikompli jersaq viċin tar-raba’ titlu.
Charles Leclerc temm komdu fit-tielet post, segwit minn Oscar Piastri ta’ McLaren li spiċċa fir-raba’ post.
Carlos Sainz kien is-sewwieq li daħal fil-ħames post, bil-veteran Lewis Hamilton jidħol fis-sitt post.
George Russel temm fis-seba’ post segwit minn Sergio Perez ta’ Red Bull, b’ Lance Stroll ta’ Aston Martin u Yuki Tsunoda jkunu s-sewwieqa li jidħlu l-aħħar mal-ewwel għaxra.
//= $special ?>