Waqt il-Mass Rally tal-Partit Nazzjonalista l-Ħadd filgħodu, l-MEP David Casa sostna l-importanza sabiex inkomplu naħdmu kontra l-korruzzjoni għall-veru ġid ta’ pajjiżna.
Hu semma l-istorja tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán, li minħabba li kien juża l-istess kliem li qed juża l-Prim Ministru Robert Abela kontra l-Ewropa, spiċċaw waqqfu lill-Ungerija milli tirċievi l-fondi Ewropej.
B’hekk, David Casa sostna li jekk Malta titlef il-fondi Ewropej, aħna nafu li dan se jkun tort tal-inkompetenza ta’ Robert Abela.
Hu sostna li theddid li qed jirċievi mingħand il-Partit Laburista ma jbeżżgħuhx, ghax dmiru għamlu, u se jibqa’ jagħmlu… dan waqt li se jibqa’ jiġġieled kontra l-Prim korrott. Dan jista’ jkompli jagħmlu grazzi għas-sapport tal-poplu.
David Casa sostna wkoll li Edward Scicluna għandu jirriżenja minn Gvernatur tal-Bank Ċentrali, u jekk ma jirriżenjax, hu se jagħmel dak kollu li jista’ biex itajru mill-pożizzjoni tiegħu.
Kompla jgħid li mid-dehra, flus għal min hu fil-bżonn mhemmx, iżda għal but ta’ dawk fil-Partit Laburista hemm kemm iridu… b’hekk hemm bżonn inġibu lura l-flus tal-poplu, grazzi għall-kampanja fil-Qorti li qed jagħmel Partit Nazzjonalista.
Hu temm billi sostna l-importanza li mhux biss jerġgħu jiġu eletti Roberta Metsola u hu sabiex flimkien ikomplu jaħdmu għall-ġid tal-poplu, iżda biex intellgħu wkoll it-tielet siġġu sabiex ikollna iżjed saħħa fl-Ewropa biex il-poplu Malti verament ikun ta’ prijorità u biex inkomplu nnaddfulil Malta mill-korrotti li ħakmuha.
//= $special ?>