Lokali

Edward Scicluna jibqa’ jaħrab mid-domandi tal-ġurnalisti

Edward Scicluna tfaċċa fil-binja tal-MFSA fl-Imrieħel, iżda għal darb'oħra ħarab mid-domandi tal-ġurnalisti

Silenzju assolut mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u Eks Ministru Laburista Edward Scicluna – ebda kumment. Ebda reazzjoni għall-akkużi serjissimi li qed jaffaċċja b’rabta mad-deal tal-isptarijiet.

It-Tnejn filgħodu, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali kompla jahrab lill-media, minkejja l-akkużi kriminali li mistenni jaffaċċja fil-Qorti l-ġimgħa d-dieħla.

Kien fil-bidu tax-xahar ta’ Mejju li isem Edward Scicluna kien implikat fid-deal frawdolenti tat-tliet sptarijiet. Scicluna hu akkużat li hu wieħed mill-ogħla esponenti tal-Gvern li kienu mdaħħlin f’dan id-deal… meta hu kien responsabbli mill-Finanzi.

L-Eks Ministru Laburista qed jiġi akkużat bi frodi flimkien ma’ numru ta’ esponenti Laburisti fosthom l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Sa issa, Edward Scicluna għadu ma lissinx kelma waħda dwar l-akkużi serji miġjuba kontrih, b’Scicluna jaħrab għalkollox il-cameras u d-domandi tal-media.

Scicluna huwa mistenni jitressaq il-Qorti fid-29 ta’ Mejju flimkien mal-Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne – proprju l-għada li se jitressaq l-Eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat.