Futbol Sport

Floriana jaħtru lil Darren Abdilla bħala kowċ

(Ritratt: Floriana FC)

Floriana ħabbru li Darren Abdilla se jkun qed imexxi lit-tim għall-istaġun li ġej. Abdilla se jkun qed jieħu post il-kowċ Taljan Mauro Camoranesi li mexxa lil Floriana matul l-istaġun li għadda.

Darren Abdilla mexxa lil Gżira United għall-numru ta’ staġuni fosthom fil-bidu tal-istaġun li għadda fejn mexxa lit-tim sa Jannar. Ma’ Gżira, Abdilla rnexxielu jwassal lit-tim sat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League, fejn minn meta kisbu l-promozzjoni għall-Kampjonat Premier dejjem kienu sfidanti għall-pożizzjonijiet Ewropej.

Abdilla se jkun qed jibda l-preparamenti għall-istaġun li ġej fil-bidu tax-xahar id-dieħel hekk kif Floriana se jkunu impenjati fil-UEFA Conference League.