Lokali

Hoi Polloi Academy rikonoxxuta f’festival f’Birmingham

Skola bbażata f’Malta, Hoi Polloi Academy, ġiet rikonoxxuta bħala Acting Excellence waqt Music Theatre International’s Junior Theatre Festival, li sar f’Birmingham bejn it-18 u d-19 ta’ dan ix-xahar.

Diversi studenti mill-Academy ikkompetew kontra 32 skola oħra ġejjin mir-Renju Unit, l-Ewropa u anke Florida, u New York. Huma interpretaw The Little Mermaid Junior fejn kellhom 15-il minuta biex juru t-talent tagħhom quddiem għażla ta’ professjonisti.

B’kollox ipparteċipaw 30 tifel u tifla ta’ bejn is-7 u t-13-il sena minn Hoi Polloi Academy fejn raw l-interpretazzjoni ta’ Ariel, Triton, u Ursula.

Żewġ studenti, Amy Farrugia ta’ 9 snin u Daniele Farrugia ta’ 11-il sena, intgħażlu biex jipparteċipaw f’All Stars.