Hospice Malta, NGO lokali ddedikata biex tipprovdi servizzi ta’ kura palljattiva b’xejn lill-pazjenti u lill-familji tagħhom, ħabbret it-tnedija tat-telethon annwali tagħha ta’ ġbir ta’ fondi, bl-isem ‘L-Aħħar Pass’.
Skedata għall-Ħadd, 7 ta’ Lulju 2024, mill-11am sal-11pm, it-telethon ta’ din is-sena għandha l-għan li tiġbor l-għotjiet mill-pubbliku biex jitlestew l-aħħar stadji tal-kumpless St Michael, bl-inawgurazzjoni mistennija f’Settembru 2024.
It-telethon ‘L-Aħħar Pass’ se tixxandar live għal 12-il siegħa direttament minn St Michael Hospice, f’Santa Venera. It-telespettaturi jistgħu jsegwu l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali biex jesperjenzaw l-istejjer u l-intervisti li jixhdu l-impatt tas-servizzi ta’ Hospice Malta u l-importanza li jitlesta l-proġett ta’ St Michael Hospice.
St Michael Hospice, l-ewwel kumpless ta’ kura palljattiva f’Malta, jirrappreżenta pass trasformattiv fl-impenn ta’ 34 sena ta’ Hospice Malta għall-kura ħolistika. Il-kumpless se joffri faċilitajiet kruċjali għal in-patient u servizzi estiżi, u b’hekk jiżgura appoġġ komprensiv għall-pazjenti u l-familji tagħhom li qed jiffaċċjaw mard li jillimita l-ħajja.
Għal aktar informazzjoni żur www.hospicemalta.org.
//= $special ?>